Alla jħobb anke l-agħar fostna – il-Papa

Pope Francis leads the Christmas Eve mass in Saint Peter's Basilica at the Vatican, December 24, 2018. REUTERS/Max Rossi

Read in English.

Il-Papa Franġisku qal li Alla jħobb anke dawk l-agħar fost in-nies – messaġġ li ħafna interpretaw li kien wieħed b’referenza għall-iskandlu tal-abbużi sesswali.

Il-Papa Franġisku mexxa lil 1.3 biljun Kottoliċi Rumani lejn il-Milied u ħeġġiġhom biex ma jħallux in-nuqqasijiet tal-Knisja jfixkluhom milli jaċċettaw l-imħabba ta’ Alla.

Skont ir-Reuters, il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa Solenni ta’ Leljet il-Milied fil-Bażilika ta’ San Pietru quddiem eluf ta’ persuni filwaqt li mijiet oħra segwew minn fuq screens fuq barra.

Kif jagħmel bħas-soltu, il-Papa li għandu 83 sena ħejja l-omelija tiegħu fuq is-sinifikat spiritwali u personali ta’ dak il-lejl li fih twieled Ġesù f’Bethlehem.

Il-Papa qal li l-Milied ifakkar lil dak li jkun li Alla jkompli jħobb lil kulħadd, inkluż l-agħar nies.

“Inti jista’ jkollok ideat żbaljati, inti stajt għamilt froġa sħiħa, imma Alla jkompli jħobbok. Kemm il-darba naħsbu li Alla huwa tajjeb jekk aħna nkunu tajbin u li jikkastigana jekk inkunu ħżiena. Imma hu mhuwiex hekk.”

Mingħajr ma semmihom speċifikament, il-Papa rrefera għall-problemi riċenti tal-Knisja inkluż l-attentat biex issolvi l-iskandli tal-abbuż sesswali li għadhom qed ikomplu madwar id-dinja u irregolaritajiet finanzjarji fil-Vatikan.

Fl-aktar attentat riċenti tiegħu biex jindirizza l-iskandlu tal-abbuż sesswali, il-Papa Franġisku l-ġimgħa l-oħra ħabbar tibdil fil-mod ta’ kif il-Knisja tindirizzhom. Neħħa r-regola tas-segretezza pontifikali li qabel kienet tapplika għalihom.