Alla għandu post speċjali f’qalbu għall-persuni b’diżabilità

disabled
Pope Francis meets athletes of the Special Olympics

Read in English.

Il-Papa Franġisku, nhar l-Erbgħa li għadda, iltaqa’ ma’ numru ta’ persuni morda u oħrajn b’diżabilità u qalilhom li Alla għandu post speċjali f’qalbu għal persuni bħalhom.

F’din l-okkażjoni fi Pjazza San Pietru, il-Papa ta merħba lil delegazzjoni tal-organizzazzjoni Special Olympics li qed tiċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Hu qal li d-dinja tal-isport toffri opportunità partikolari biex in-nies jikbru f’rispett reċiproku u ħbiberija u talab biex din il-fjamma olimpika tkun sinjal ta’ ferħ u tama f’Alla li jagħti lil uliedu r-rigali tal-għaqda u l-paċi.

Il-Papa mbagħad ta barka ta’ ferħ u paċi lil dawk kollha li jappoġġjaw il-ħidma u l-iskopijiet tal-iSpecial Olympics.