Filmat: “Alla fejn hu? Għala jippermetti dan?”

Ħafna nies qed isaqsu jekk il-coronavirus hix kastig ta’ Alla jew le. Oħrajn isaqsu fejn hu Alla f’ċirkostanzi bħal dawn. Kif titlob fi żminijiet bħal dawn? Il-mistoqsijiet tan-nies marbuta mat-twemmin u l-ispiritwalità tagħhom fi żmien ta’ kriżijiet bħal dawn ikunu ħafna.

Mons. Arċisqof diġà wiegeb għal dawn il-mistoqsijiet fl-intervista li għamillu Fr Joe Borg nhar l-Erbgħa. L-Arċisqof għaraf li dawn huma mistoqsijiet li jqumu b’mod naturali ħafna. Huwa tkellem dwar dak li jissejjaħ is-silenzju ta’ Alla, x’tgħidilna l-iskrittura dwar il-problema tal-tbatija u l-messaġġ li qed jgħaddi l-Papa.

Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart, jixtiequ jkomplu jagħtu servizz lil dawk kollha li għandhom mistoqsijiet fuq dan is-suġġett.

Ibagħtu imejl fuq ask@newsbook.com.mt. Aħna nsibu persuni kwalifikati biex iweġbukom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn