Alka mhux ħama fil-baħar – ERA

Read in English.

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fi stqarrija qalet li l-ħama fil-baħar tul il-kosta Maltija kienet alka. L-awtorità spjegat li l-irziezet tal-ħut jiġu spezzjonati mill-ħaddiema tagħha tliet darbiet fil-ġimgħa biex jassiguraw li qed jiġu osservati r-regolamenti.

L-ERA kompliet li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji ħalli jitnaqqas l-ammont kbir ta’ ilma kkontaminat mix-xaħam tal-ħut li jispiċċa fil-baħar.

L-Awtorità ħarġet din l-istqarrija wara li l-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura (FMAP) ħabbret li s-Sibt li għadda kien hemm il-ħama fil-baħar f’Wied il-Għajn. Komplew li l-Federazzjoni naddfu l-ħama u wrew tħassib li tista’ tkun ġejja mill-irziezet tal-ħut.