Alitalia, kontrolluri tal-ajru fi Franza jħarbtu diversi titjiriet għada

Bdoti u membri tal-ekwipaġġ ta’ Alitalia għada se jkunu fuq strajk.
B’hekk se jkunu f’riskju t-titjiriet tal-linja nazzjonali Taljana u anke ta’ Meridiana.
Dan jaffettwa t-titjiriet kollha bejn il-11am u t-3pm.
Skont il-unjins li ordnaw l-azzjoni industrijali, li hi l-ewwel strajk f’numru ta’ snin, dan qed isir minħabba l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Sadattant, il-linja low cost, Ryanair, qed terġa’ tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex ma tħallix lil Franza tagħlaq l-ispazju tal-ajru tagħha.
Ryanair qalet li bl-istrajk tal-kontrolluri tal-ajru fi Franza għada wkoll, kellha tħassar 102 titjiriet għad-detriment ta’ 18,000 passiġġier waqt li 100,000 passiġġier ieħor se jsofru titjiriet li se jiġu ttardjati.