Alisson Becker mar jitħarreġ ma’ ħuh fil-Brażil

Il-gowler ta’ Liverpool Alisson Becker ħa vantaġġ mill-btajjel tax-Xitwa biex irritorna l-Brażil. Hu attenda għat-taħriġ flimkien ma’ ħuh għand Fluminense, il-klabb Brażiljan tas-Serie A. Kien irrappurtat li Alisson li għandu 27 sena attenda tliet sessjonijiet ta’ taħriġ iżda talab biex ma jittiħdulux ritratti biex iżomm dak li kien qed jiġri kemm jista’ jkun mistur.

Alisson mar ukoll jara lil ħuh Muriel jilgħab għall-klabb ġewwa Maracana fid-draw ta’ 1-1 kontra l-klabb miċ-Ċile Union La Calera nhar l-Erbgħa.

It-tim ta’ Liverpool għandu 14-il jum bejn ir-rebħa li kellhom ta’ 4-0 kontra Soughtampton u l-mawra tagħhom s’għand Norwich nhar il-15 ta’ Frar.

Ħafna mill-plejers siefru barra mill-pajjiż u marru madwar id-dinja. Jidher li Joe Gomez mar California u Adam Lallana mar Miami.

Iżda James Milner baqa’ l-Ingilterra biex għen fit-taħriġ tal-plejers ta’ taħt it-23 sena qabel il-logħba li lagħbu mill-FA Cup kontra Shewsbury.