Alishia Sultana hi l-BOV plejer ta’ Diċembru 2014

Alishia Sultana, li rebħet il-premju BOV plejer tan-nisa għal Diċembru 2014, skorjat ħames gowls dan l-istaġun.
Il-gowls kienu kruċjali biex Birkirkara baqgħu fuq punti massimi fl-ewwel tmien logħbiet tal-istaġun u fil-quċċata tal-kampjonat BOV tan-nisa.
Wieħed mill-gowls kien kontra Sliema.
Bernard Azzopardi, Maniġer tal-Bank of Valletta fil-fergħa ta’ Birkirkara, ippreżenta t-trofew lil Alishia Sultana.