Alice in Wonderland għal 3 ijiem fil-Belt Valletta

F’għeluq il-150 sena anniversarju mill-ewwel pubblikazzjoni tal-ktieb Alice’s Adventures in WonderlandOpen Works Lab, se tippreżenta l-istorja minn perspettiva ġdida.
Permezz taż-żfin, mużika kif ukoll narrazzjoni tradizzjonali, l-udjenza tista’ tgħix mill-ġdid l-istorja ta’ Alice’s Adventures in Wonderland permezz ta' Alice in Absentia.
Alice in Absentia tesplora r-relazzjoni bejn l-awtur Lewis Carroll u t-tifla li ispiratu biex jikteb Alice’s Adventure in Wonderland u l-emozzjonijiet qawwija li ħarġu mill-ħbiberija tagħhom bħal passjoni, mistħija u sogħba.
Il-mużika u kompożizzjoni hija ta’ Renzo Spiteri filwaqt li n-narrazzjoni hi ta’ Sarah Spiteri, biż-żeffiena Sandra Mifsud u Christina Aquilina.
L-istorja ġiet żviluppata minn Giuliana Fenech.
Alice in Absentia hi appoġġjata mill-Malta Arts Fund, Dance Workshop u Transient Ltd u  se ssir fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv mill-11 sat-13 ta’ Diċembru, fit-8pm.