Ali Zeidan sfiduċjat mill-Parlament Libjan

Il-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan tilef vot ta’ fiduċja fil-Parlament u se jkun qed jeħodlu postu għal żmien temporanju, il-Ministru tad-Difiża.

Id-Deputati Parlamentari ressqu dan il-vot fil-Parlament wara li r-ribelli fil-Libja qalu li tanker biż-żejt li mtela’ waqt li kien fil-kontroll tagħhom, irnexxilu jaħrab mill-armata Libjana u issa jinsab f’ibħra internazzjonali.

Ali Zeidan żar Malta darbtejn u kien iffirma ftehim mal-Gvern biex ibigħ iż-żejt lil Malta bi prezz vantaġġjat.

.