Alġerin jinżamm arrestat wara li kien akkużat li kkorrompa tfajla

Alġerin ta’ 30 sena baqa’ jinżamm fil-kustodja tal-pulizija wara li kien akkużat li kkorrompa tfajla li kienet għadha kemm għalqet it-tmintax -il sena.

Hu allegat li r-raġel kellu relazzjoni mal-allegat vittma tul l-aħħar tliet snin. L-Alġerin baqa’ jinżamm fil-kustodja tal-pulizija wara li nstab li kien jinsab Malta llegalment.