​Alfred Sant joħroġ it-tielet volum tal-ktieb tiegħu dwar l-ewro

“Malta u l-Ewro – It-Tielet Volum” huwa l-ktieb ġdid ta’ Alfred Sant li se jittratta fost l-oħrajn il-kriżi ekonomika Griega, l-isforzi biex tikber l-ekonomija fl-Ewropa u l-impatt tal-Brexit fuq iż-żona ewro.
Fil-ktieb tiegħu, Alfred Sant jgħid li għalkemm il-kriżi tal-2008 tidher li hi mirbuħa, strutturi ġodda ta’ tmexxija fiż-żona tal-ewro m’għandhomx jiddaħħlu a skapitu tal-interessi tal-pajjiżi żgħar membri tagħha. 
Il-ktieb se jitnieda nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru fil-Belt Valletta.