Alfred Sant jisħaq li għad hemm inċertezza kbira dwar Brexit

ECON - Monetary Dialogue with Mario Draghi, President of the European Central Bank-European Systemic Board

Read in English.

Il-membru parlamentari Ewropew Alfred Sant esprima t-tħassib dwar il-futur ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej li jgħixu fl-Ingilterra u talab assigurazzjonijijiet iktar b’saħħithom u aktar fit-tul wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, Sant qal li hu vvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar implimentazzjoni u monitoraġġ tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-ftehim tal-irtirar tar-Renju Unit biex jiġi protett l-mod ta’ ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej li se jintlaqtu minn Brexit.

Hu stqarr li baqa’ livell għoli ta’ inċertezza u huwa ċar li d-drittijiet ta-ċittadini tal-UE fir-Renjju Unit se jiddgħajfu.

Sant qal li huwa importantii l-pajjiżi tal-UE se jibqgħu magħquda fil-pożizzjoni tagħhom biex jaslu għal soluzzjoni ġusta.