Alfred Sant jisħaq għal relazzjoni tajba bejn l-UE u l-Libja

Alfred Sant Libja UE

Il-Membru Ewropew Alfred Sant qal li l-Unjoni Ewropeja għandha iżżomm djalogu mal-organizzazzjonijiet mhux terroristiċi kollha tal-Libja filwaqt li tappoġġja elezzjonijiet li jgħinu sabiex ikun hemm stabbilità governanza li tista’ treġġa’ lura l-istabilità, l-paċi u l-properità fil-Libja.

Hu qal li “l-elezzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu pass kruċjali li jindirizzaw din is-sitwazzjoni.” Huwa qal ukoll li l-problemi ta’ sigurtà fi Tripli ma jonqsux, madanakollu hemm bżonn ħidna biex dawn jingħelbu.

Sant saħaq li l-interessi tal-Libja u tal-Unjoni Ewropea huma sinonimi. Huwa wera’ wkoll il-bżonn ta’ Gvern b’saħħtu u stabbli sabiex ikun hemm l-għaqda.