Read in English.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alfred Sant astjena minn vot dwar is-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea.
Dwar ir-raġuni ewlenija għaliex astjena, Dr Sant qal li għad m’hemmx biżżejjed definizzjoni ċara dwar is-sajd rikreattiv.
Minbarra dan, huwa spjega li hemm mad-9 miljun sajjied rikreattiv fl-UE u qabel ma’ jkun impost qafas regolatorju, wieħed għandu jqis b’mod xieraq l-aspett soċju-ekonomiku tas-settur.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew Nazzjonalisti fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew ivvutaw favur. Mill-grupp tas-Soċjalisti, l-Ewroparlamentari Miriam Dalli vvutat favur filwaqt li Marlene Mizzi ma vvutatx.