Alfred Sant iwiegħed li se jibqa’ l-vuċi tal-bdiewa fil-Parlament Ewropew

Il-Grigalata tal-ġimgħa l-oħra ħolqot bosta problemi fost il-bdiewa Maltin u Għawdxin. Alfred Sant indirizza lil dawn il-bdiewa fl-Imtaħleb u wiegħed li jekk jikseb il-fiduċja tal-elettorat fl-elezzjonijiet Ewropej, se jibqa’ l-vuċi tal-bdiewa fil-Parlament Ewropew.

Sant Saħaq li l-bdiewa jixirqilhom l-appoġġ tal-Gvern sabiex jibqgħu joperaw fil-kompetizzjoni inġusta li ilha teżisti minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Wiegħed li jekk il-Kooperattiva tal-Bdiewa se tkun qed tapplika għall-fondi Ewropej fl-2021, se tkun qed tgħin lill-bdiewa jimmodernizzaw l-operat tagħhom. Huwa faħħar l-għajnuna tal-Gvern li wiegħed l-għajnuna tiegħu lill-bdiewa li ntlaqtu mill-maltempata.

Sant żar familja tal-bdiewa fejn saħqu li “kull għajnuna tgħodd”. Żiedu jgħidu li l-maltempata għamlitilhom ħsarat li jammontaw għal €30,000. Saħqu fuq kemm jaraw diffikultajiet kbar jekk ma jkollhomx għajnuna profonda.