Alfred Sant iniedi newsletter b’informazzjoni dwar temi tal-UE li jistgħu jolqtu lil Malta

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant nieda newsletter elettronika bil-għan li l-qarrej Malti jsir jaf iktar dwar deċiżjonijiet, li jkunu qed jiġu diskussi fl-UE, qabel ma dawn isiru regoli.
Alfred Sant saħaq li l-poplu għadu mhux konxju biżżejjed mid-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u li jaffettwaw lil Malta, u li ħafna drabi dak li jkun isir jaf bihom meta jkunu diġà ttieħdu u jkunu qed jiġu implimentati f’Malta.
Fisser kif fil-qrib mistennija tibdiliet f’oqsma bħat-tassazzjoni, l-immigrazzjoni, it-tmexxija taż-żona ewro, is-servizzi finanzjarji u l-ambjent.
In-newsletter se toħroġ kull ġimagħtejn nhar ta’ Ħamis.