Alfred Sant imħasseb dwar miżuri ġodda li jistgħu jxekklu l-investimenti fl-Ewropa

L-Ewro Parlamentari Malti, Alfred Sant, qal li miżuri ġodda ma għandhomx joħolqu aktar tfixkil fis-sistemi finanzjarji Ewropej.
Huwa kien qed jitkellem waqt dibattutu fil-Parlament Ewropew dwar regolamenti ġodda ta’ sorveljanza fil-qasam finanzjarju Ewropew.
Waqt li qabel li r-regoli l-ġodda għal aktar trasparenza fit-transazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni Ewropea huma meħtieġa, Alfred Sant saħaq li l-banek ma għandhomx jitilfu l-inizjattivi u joqgħodu lura milli jsellfu l-flus meħtieġa għal aktar investimenti fil-pajjiżi membri.
L-Ewro Parlamentari saħaq li l-Unjoni Ewropea qed tgħid lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzarji biex ikunu attivi u innovatiivi fil-proposti tagħhom għall-espansjoni ekonomika u fl-istess ħin qed tgħidilhom biex isegwu modi ġodda u aktar prudenti biex jagħmlubn-negozju.
Is-sistemi ġodda ta’ sorveljanza għandhom ikun jaqblu mar-realtajiet ta’ żmienna kompla  jgħid Sant, filwaqt li l-Ewropa għandha żżomm quddiem moħħha li l-prudenza u l-miżuri li qed jissemmew ma għandhomx joħolqu aktar tfixkil fis-sistemi finanzjarji Ewropej.