Alfred Mallia jitpoġġa taħt att t’ akkuża

L-eks kap tal-EneMalta Alfred Mallia tpoġġa taħt att t’ akkuża mill-Maġistrat Anthony Vella. Mallia hu wieħed mill-irġiel akkużati fil-qorti dwar l-iskandlu fil-proċeduri għax-xiri taż-żejt.

Alfred Mallia qed iwieġeb mhux ħati għall-korruzzjoni li jinsab akkużat biha u li allegatament twettqet bejn l-1998 u l-2003.

L-espert tal-qorti Martin Bajada preżenta stqarrijiet u l-konfront fir-rigward ta’ Mallia mill-Pulizija. Fil-qorti kienu anke preżentati minuti ta’ laqgħat tal-kumpanija EneMalta, li xi wħud minnhom ma kienux iffirmati filwaqt li l-minuti tas-sena 2001 kienu nieqsa.