Alfred Degiorgio jtemm l-istrajk tal-ġuħ

Read in English.

Alfred Degiorgio jidher li waqqaf l-istrajk tal-ġuħ li kien ilu għaddej bih għal madwar tliet ijiem.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Ministeru għall-Intern. Degiorgio huwa wieħed mill-akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ, il-kelliema għall-Ministeru spjegat li l-Gvern kien infurmat bl-istrajk ta’ Degiorgio fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Żiedet tgħid li hu kien jinsab taħt is-superviżjoni tat-tobba tal-ħabs.

Skont rapport fil-MaltaToday, Degiorgio beda jirrifjuta l-ikel wara li d-Direttur tal-Ħabs ordna li hu u ħuh ikunu magħluqa fiċ-ċella għal 25 siegħa sabiex jevitaw li jkun hemm kunflitt ma’ priġunier ieħor.