Alfred Degiorgio fuq strajk tal-ġuħ

Read in English.

Alfred Degiorgio jinsab fuq strajk tal-ġuħ. Dan ġie kkonfermat mill-kelliema għall-Ministeru tal-Intern. Degiorgio huwa wieħed mill-akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Meta kkuntattjata minn Newsbook.com.mt, il-kelliema għall-Ministeru qalet li l-Gvern kien infurmat bl-istrajk ta’ Degiorgio fil-Faċilità Korretttiva ta’ Kordin. Żiedet li huwa ilu jumejn għaddej b’dan l-istrajk u qed jinsab taħt is-superviżjoni tat-tobba tal-ħabs.

Skont rapport fil-MaltaToday, Degiorgio beda jirrifjuta l-ikel wara li d-Direttur tal-Ħabs ordna li hu u ħuh ikunu magħluqa fiċ-ċella għall-25 siegħa sabiex jevitaw li jkun hemm kunflitt ma’ priġunier ieħor.