Alexis Tsipras jieħu l-ġurament tal-ħatra u jifforma Gvern Grieg

Il-Prim Ministru ġdid Grieg, Alexis Tsipras ifforma Gvern ġdid ta’ koalizzjoni mal-Indipendenti.
Il-mexxej tal-partit Syriza ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Prim Ministru l-ġdid.
Huwa wiegħed lill-poplu Grieg li jneħħi l-miżuri kollha ta’ awsterità u se jinnegozja mill-ġdid id-dejn li sar ma’ pajjiżi oħra Ewropej.
Il-bailout tal-Greċja huwa stmat li jlaħħaq mal-€240 biljun.
Il-Kummissjoni Ewropea ferħet lil Tsipras għar-riżultat li kiseb iżda ħafna mill-Kapijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea jinsabu inkwetati bl-atitudni li Tsipras mistenni jmexxi kontra l-munita ewro u l-Unjoni Ewropea.