Alexis Tsipras jħabbar il-membri tal-Kabinett ġdid Grieg

Il-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja, Alexis Tsipras ħabbar il-membri tal-Kabinett tal-Gvern Grieg.
L-aktar pożizzjoni importanti f’dan il-kabinett, dak tal-Ministru tal-Finanzi, ġiet fdata lill-ekonomista Varoufakis mill-partit Syriza.
Fl-istess ħin li l-Prim Ministru Grieg se jibda t-taħdidiet biex jipprova jnaqqas il-flus li l-Greċja trid trodd lura bħala parti mill-bailout, il-President tal-Grupp tal-Ewro, se jiltaqa’ ma’ Tsipras.
Dijsselbloem, se jmur Ateni nhar il-Ġimgħa biex jiltaqa’ ma’ Tsipras u Varoufakis.
Fost it-temi għad-diskussjoni se jkun hemm il-futur tal-Greċja u r-relazzjoni li l-Gvern Grieg irid ikollu mal-munita ewro.