Alexandra Alden onorata fl-Olanda

Ritratt: Facebook

Ilbieraħ filgħaxija kienet serata speċjali għal Alexandra Alden, li apparti li hija mużiċista, kienet ukoll waħda mill-erba’ ġurija tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta.

Hija ħabbret illum li ġiet onorata  bl-Ad Van Meurs Mooiste Leidje Prijs (Ad Van Meurs’ Most Beautiful Song Award) għall-kanzunetta tagħha Darling, u ġiet mistiedna wkoll li tinterpretaha quddiem mużiċisti, kompożituri u dawk kollha li jħobb l-mużika f’Eindhoven fl-Olanda

Ritratt: Facebook

Barra minn hekk spikkaw il-kummenti sbieħ tal-ġurija li vvutaw din il-kanzunetta.Alden għandha bosta imprenji fix-xhur li ġejjin f’din il-belt fosthom The Naked Song Festival f’Diċembru kif ukoll serati magħrufa bħala SiSo nights.

 

Dan huwa l-vidjo mużikali tal-kanzunetta Darling, li għaliha Alexandra Alden ġiet onorata lbieraħ filgħaxija.