Alex Song jitlaq lill-klabb għax riedu jnaqsulu l-paga?

L-eks stilla ta’ Arsenal Alex Song u Johan Djourou huma fost id-disa’ plejers li telqu minn ma’ FC Sion wara li rrifjutaw li titnaqsilhom il-paga f’dan il-perjodu. Klabbs tal-futbol madwar l-Ewropa qed isibuha diffiċli finanzjarjament minħabba li twaqqaf il-futbol minħabba l-epidemija tal-COVID-19.

Il-league Svizzeru, bħal leagues oħra fl-Ingilterra u fil-bqija tal-Ewropa, twaqqaf. Ħafna mill-klabbs qed ikollhom problemi biex iħallsu l-plejers u l-istaff.

FC Sion offrew lill-plejers li jnaqqsulhom il-paga sakemm jgħaddi dan il-perjodu u fl-istess ħin il-klabb jirnexxielhom isalvaw tul dan il-perjodu.

Għalkemm il-klabb għadu ma kkonfermawx li rriżenjaw xi plejers, il-midja barranija qed tirrapporta li rriżenjaw disa’, inkluż l-eks plejer ta’ Arsenal Song u Djourou. Qed ikun irrappurtat ukoll li telaqhom il-captain Xavier Kouassi.