Alex Perici Calascione jippubblika d-dikjarazzjoni tal-assi

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione ppubblika l-assi tiegħu u ta’ martu.

Fi stqarrija, Perici Calascione wiegħed li bħala kap se jkompli jonora l-impenn li jgħarraf b’dawn il-fatturi lill-Kunsilliera u t-tesserati tal-PN minn żmien għal żmien.

Id-dikjarazzjoni tal-assi ta’ Dr Perici Calascione hi din:
ALEX & MAYANNE PERICI CALASCIONE
A. PROPJETÀ IMMOBBLI
1. Springfields, Windmill Street, Lija (Residenza)
2. 1/6 (indiviż) 15/5, Vincenti Buildings, Valletta.
3. 1/45 (indiviż) 66, Main Street, St. Julian’s.
4. 1/405 (indiviż) 68/69, Archbishop Street, Valletta.
5. 1/15 (Acquisition Rent) sit qabel okkupat minn 191, Victory Street, Senglea.
B. DEPOZITI BANKARJI
1. Bank of Valletta Plc. €51,169.81
2. HSBC Bank (Malta) Plc. €632.96
3. Bank of Valletta plc Self (bank loan) €102,439.82
C. ASSI OHRA
1. 180 Ishma (Ordinary E Shares) – J & H Pisani Co. Ltd.
2. €7,000 Bonds – Corinthia Finance Plc
3. MSV Valletta Life Plc. – Life Policy (1) Sum Insured €46,587.47
4. MSV Valletta Life Plc – Life Policy (2) Sum Insured €46,587.47
5. MSV Valletta Life Plc – Life Policy (3) Sum Insured €46,587.47
Sadanittant, fi stqarrija oħra, il-kandidat qal li l-partit irid ikun wieħed tal-poplu u li jrid ikun viċin tiegħu fil-ħidma politika.
Perici Calascione qal li jrid isir eżerċizzju impenjattiv b’laqgħat kontinwi mas-soċjetà ċivili u mal-attivisti tal-PN. Dan bl-iskop li jisma’ lill-poplu aħjar.
Saħaq li l-impenn tal-partit għandu jkun fuq il-bniedem u l-bidliet li jrid il-poplu, biex il-bniedem jibqa‘ fiċ-ċentru u l-ħsieb tal-attività politika.