Alex Borg huwa s-sewwieq ta’ mutur li tilef ħajtu f’Ħal Qormi

Alex Borg huwa s-sewwieq ta’ mutur li llum tilef ħajtu f’inċident li seħħ fil-bypass tal-Imrieħel f’Ħal Qormi.

Borg li kellu 38 sena tilef ħajtu llum għall-ħabta ta’ nofsinhar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza mijuqa minn mara ta’ 26 sena residenti tas-Sliema. Hu kien magħruf bil-laqam tiegħu Ċoqqos.

Kienu bosta dawk li fuq Facebook esprimew id-dieqa tagħhom għal din il-mewta traġika u għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba ta’ Borg.

Kuġin tiegħu li tkellem fuq Facebook sostna li ma jistax jemmen li kuġinuh miet b’dan il-mod. Irrimarka li kien bniedem sinċier u qalbu tajba.