Aleandro ta’ Red Electrik nieda proġett mużikali

Iż-żgħażugħ li għad għandu biss 19-il sena u li hu membru fil-band magħrufa Red Electrik nieda proġett ġdid. Aleandro Spiteri Monsigneur ippublika biċċa mużika strumentali bl-isem ta’ A Song About Loss u li fiha jinstema’ d-daqq tal-pjanu, strumenti tal-korda u ħsejjes oħra atmosferiċi. L-ebda lirika ma kienet inkluża hekk kif il-melodija titkellem għaliha nfisha.

Fix-xhur li ġejjin Aleandro mistenni li jniedi biċċiet oħra ta’ mużika li umbad fl-aħħar se jgħaqqadhom f’album wieħed.