Aldo Moro differenti mill-ġimgħa d-dieħla

It-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa Junction fi Triq Aldo Moro waslet biex tintemm. Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg aktar kmieni llum.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru ħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla fi Triq Aldo Moro se jkunu jistgħu jibdew jintużaw tliet korsiji ġodda li se jinfetħi għat-traffiku u li se jkunu qed jieħdu post il-karreġġjata ‘l fuq eżistenti temporanjament biex din tinbena mill-ġdid.

It-tieni fażi ta’ dan il-proġett kienet tinkludi fiha l-iżvilupp ta’ korsiji ġodda, bankini u korsiji għaċ-ċiklisti fi Triq Aldo Moro.

Il-Ministru żied jgħid li simili għall-proġett tal-Marsa-Ħamrun Bypass, taħt Triq Aldo Moro sar xogħol fuq netwerks estensivi għad-distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, drenaġġ u telekomunikazzjoni, li b’kollox jinvolvu aktar minn 7 kilometri ta’ trinek u walk-through service culverts. Il-Ministru Borg żied jgħid li nbniet ukoll sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita b’tul ta. 1.7 kilometri.

Ritratti: DOI – Omar Camilleri