Alderweireld se jġedded ma’ The Spurs

Skont il-gazzetta Brittanika The Daily Mail, Tottenham Hotspurs qed ilestu kollox sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer tagħhom Toby Alderweireld. Dan id-difensur ta’ 28 sena jiskadilu l-ftehim eżistenti f’Ġunju tas-sena 2020 u d-diriġenti ta’ The Spurs qed jagħmlu minn kollox sabiex iżommu dan il-plejer. 
Alderweireld ilu ma’ Tottenham sa mis-sena 2015 fejn lagħab 78 partita u sab ix-xibka ħames darbiet. 
Huwa kellu esperjenzi ma’ Southampton, Ajax u Atletico Madrid filwaqt illi huwa plejer regolari fl-iskwadra nazzjonali tal-Belġju.