Alden jikkontesta bħala kandidat indipendenti għax nesew iniżżluh fil-lista tal-PD

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Demokratiku Timothy Alden se jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema indipendentament, mhux għax kellu xi jgħid mal-Partit Demokratiku, imma minħabba żball klerikali.

Fuq Facebook, huwa spjega li minkejja li kien għaddej bil-kandidatura tiegħu kif suppost, l-aġent li daħħal l-ismijiet tal-kandidati tal-Partit Demokratiku, ħalla isem Alden barra. Meta nduna bl-iżball, dan daħħal isem Alden ukoll, iżda l-Kummissjoni Elettorali ma ppermettietx dan it-tibdil. Huwa appella din id-deċiżjoni quddiem il-bord tal-Kummissjoni, magħmul minn nies ġejjin mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista u s-soluzzjoni li offrewlu kienet li jikkontesta bħala kandidat indipendenti. Huwa spjega li jekk jiġi elett, huwa jkun kandidat tal-Partit Demokratiku xorta waħda. Ħdejn ismu għandu jkun hemm imniżżel “Tal-Oranġjo.”

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10161566741150507&set=a.10152838173480507&type=3&permPage=1

Huwa qal ukoll li l-persuna li ħadet l-iżball offrietlu r-riżenja tagħha minħabba f’hekk, iżda hu ma laqax din ir-riżenja, għax jemmen li kulħadd jieħu żball. Qal li japprezza li ħafna min-nies li jaħdmu għall-PD jagħmlu dan b’mod volontarju u minn qalbhom.