​Albert Borg Olivier de Puget jitfakkar fi ktieb

Il-Parlament Malti se jippubblika ktejjeb dwar l-eksdeputat Parlamentari Albert Borg Olivier de Puget li miet fil-jiem li għaddew.
Filwaqt li f’isem il-Membri Parlamentari kollha esprima l-kondoljanzi tiegħu dwar l-aħbar tal-mewt, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, ħabbar li meta l-Parlament jerġa’ jiltaqa’ wara l-vaganzi tas-sajf, it-telfa ta’ Borg Olivier de Puget se tkun imfakkra bil-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb li jirriproduċi l-ewwel indirizz tiegħu fil-Kamra flimkien mal-ġurament ta’ lealtà.
Borg Olivier de Puget ġie elett l-ewwel darba fil-parlament fl-1966 u serva sal-1981. Kien ukoll l-ambaxxatur ta’ Malta għall-Istati Uniti waqt li kellu wkoll il-kariga ta’ Kummissarju Għoli għall-Kanada u Ambaxxatur għall-Messiku.