Alarm Phone tavża bi 3 dgħajjes f’riskju fl-ibħra Maltin

L-għaqda Alarm Phone ħabbret li hemm tliet dgħajjes bl-immigranti li jinsabu f’periklu fiż-żona Maltija ta’ salvataġġ.

Fuq il-mezzi soċjali, l-NGO qalet li tinsab f’kuntatt ma’ tliet dgħajjes f’periklu, waħda minnhom li qed iġġorr 87 persuna u tnejn oħra b’65.

Qalet li waħda minnhom qed jispiċċalha l-fjuwil, u oħra hija mtaqqba. Apparti hekk, l-għaqda qalet li kien id-dlam xħin għamlet l-avviż tagħha, u għalhekk appellat lill-awtoritajiet biex ma jħallux lil dawn in-nies jegħrqu.