Alan Zahra u Robert Caruana b’riżultati tajbin fil-buggy

It-tim Malti tal-Pitass Off-Road Racing spiċċa fir-4 post wara avveniment ta’ tlett ijiem fl-Ingilterra, magħruf bħala l-King of Britain.

Is-sewwieq Alan Zahra u n-navigatur tal-buggy, Robert Caruana kisbu riżultat tajjeb hekk kif minn 26 karozza, 15 biss irnexxielhom jispiċċaw it-tellieqa u l-Maltin kisbu r-4 post.

Minbarra dan ir-riżultat, it-tim Malti akkwista rikonoxximent għall-element ta’ spirtu ta’ tim li wera waqt il-kompetizzjoni.

Zahra u Caruana jerġgħu jkunu fl-azzjoni f’Settembru ġewwa l-Portugall, f’tellieqa li normalment tkun iddominata minn sħana kbira u toroq mimlija trab.