Alan Mario Sant se jirrefja fiċ-Champions League

Ir-referì internazzjonali Malti, Alan Mario Sant ġie magħżul mill-UEFA biex jikkontrolla l-logħba mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni, l-ewwel leg taċ-Ċhampions League bejn id-Daniżi ta' FC Midtylland u t-tim minn Ġibiltà, Lincoln Red Imps.
Għall-partita li se tintlgħab għada, Alan Mario Sant se jkollu lil Mitchell Scerri u lil William Debattista bħala assistenti referis waqt li Andre' Arciola se jkun ir-raba' uffiċjal.

Ritratt: Domenic Aquilina