Alan Kurdi: Il-vapur ma jiċċaqlaqx u għadu ’l barra minn Malta

Ma kien hemm l-ebda żblokk għal kriżi diplomatika oħra bejn Malta u l-Italja hekk kif il-bastiment Alan Kurdi sa dalgħodu stess għadu jdur fl-istess żona ‘l barra mill-kosta Maltija. Id-destinazzjoni tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva għadha mhix magħrufa wara li f’nofs il-ġimgħa salva 64 immigrant mill-baħar.

Hekk kif ilbieraħ, il-vapur beda javviċina lejn Malta, issa waqaf viċin l-ibħra territorjali Maltin.

Is-64 immigrant ġew salvati ‘l barra mill-kosta Libjana mill-vapur Alan Curdi tal-NGO See Eye. Huma għadhom s’issa mingħajr port ta’ sigurtà, tant li kellha tintervjeni l-Kummissjoni Ewropea sabiex isservi bħala punt ċentrali għall-koordinazzjoni fost l-Istati Membri.

Il-Ġimgħa evakwazzjoni b’rabta ma’ mediċina twaqqfet wara li l-awtoritajiet Taljani insistew li kienu se jevakwaw biss żewġt itfal u ommijiethom, pass li kien se jissepara lill-missirijiet miż-żewġ familji. Intant, il-familji talbu sabiex ma jiġux separati u għalhekk l-evakwazzjoni ma seħħitx.

Tista’ taqra f’aktar dettall minn hawn.