​Alan Deidun se jinħatar l-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani

Il-Professur Alan Deidun se jinħatar bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani. Din il-ħatra se ssir wara s-sejħa tan-Nazzjonijiet Maqgħuda biex is-snin 2021 sal-2030 jiġu dikjarati d-deċennju tax-xjenza tal-oċeani u l-iżvilupp sostenibbli. 
Dan id-deċennju se jkollu l-għan li jaħdem fl-oqsma tax-xjenza marittima, l-impatt tal-effetti l-ħżiena fuq l-oċeani, riċerka marittima, l-ekosistemi u teknoloġija marittima fost l-oħrajn. 
Il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera qal li Deidun se jgħin fit-tmexxija ta’ dawn l-inizjattivi, u se jgħin lil Malta fit-tentattiv tagħha li jkollha siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda fl-2022.