Aladin u d-Dama taħt l-istess saqaf

Wara s-suċċess miksub ftit ġimgħat ilu bil-kunċert Just Musicals 7, il-kumpanija Teatru Rjal għaddejja bil-preparazzjonijiet għall-pantomima ta’ din is-sena: Aladin… il-Pentow bil-Malti.

Din hija d-19-il sena konsekuttiva li din il-kumpanija qiegħda ttella’ dan l-ispettaklu li dejjem ġibed eluf kbar ta’ nies lejn it-teatru tal-Istitut Kattoliku f’bosta rappreżentazzjonijiet bejn Diċembru u Jannar.

Aladin hi storja li fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi u fejn bl-ingredjenti li jiżdidulha minħabba li hi pantomima, żgur li toħloq spettaklu ħaj, sħiħ, mimli daħq, kulur, xenarju, kant, żfin u reċtar. F’kelma waħda divertiment għall-familja kollha.

Il-Pantomima żżomm ħafna leali mal-istorja però għandha ħafna elementi oħrajn li dawk kollha li se jmorru jarawha
jieħdu pjaċir u jiddevertu.

Rodney Gauci se jkun qed jagħmilha tad-Dama filwaqt li se naraw ukoll lil Mario Cassar bħala Aladin, Michela Galea bħala Jasmine, flimkien ma’ Louis Andrew Cassar, Lee-N, Brian Farrugia, Jeffrey Scicluna, Jurgen Ciantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion u Leah Mifsud. Il-korjografija hi tal-Kinectic Dance Studio b’mużika live mill-band immexxija minn Conrad Briffa. 

Id-dati f’Diċembru tal-Pantomima bil-Malti fit-teatru tal-Istitut Kattoliku huma l-Ħadd 22
fl-10am u fl-4pm; il-Ħamis 26 fis-2.30pm u fis-7.30pm; il-Ġimgħa 27 fis-7.30pm; is-Sibt 28 fis-7pm; il-Ħadd 29 fis-2pm u fis-6.30pm; it-Tnejn 30 fis-7.30pm; u f’Jannar tas-sena d-dieħla jsiru żewġ rappreżentazzjonijiet oħrajn – is-Sibt 4 fis-7.30pm; u l-Ħadd 5 fis-6.30pm.

Booking miftuħ online fuq www.ktrmalta.com u mingħand Pawlu Testa Travel fi Gwardamanġa (99476468) mid-9am sas-1pm, booking office tat-Teatru (21238429) mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-4pm sas-7pm u s-Sibt u l-Ħadd mid-9.30am sa nofsinhar, u mingħand Clobber fil-Mellieħa (21520954 – 77860085) jew Booking Hotline: 99994987 u free delivery tal-biljetti għall-Għawdxin ukoll.