Alaba fir-radar ta’ Barcelona

Id-difensur ta’ Bayern Munich, David Alaba, jinsab fir-radar ta’ Barcelona sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu fil-bidu ta’ dan is-sajf, skont ma’ ġab il-ġurnal sportiv Spanjol AS.
Skont ir-rapport, is-segretarju tat-tim Katalan, Robert Fernandez, tkellem mal-president Josep Maria Bartomeu sabiex isib il-fondi u jinxtara l-plejer internazzjonali Awstrijak.
It-tim immexxi minn Ernesto Valverde jammira ħafna lil dan il-plejer ta’ 25 sena li jista’ jilgħab fix-xellug u fiċ-ċentru tad-difiża kif ukoll huwa mutur f’nofs il-grawnd.