Al Qaeda tippjana attakki kontra l-Ewropa

Il-grupp terroristiku Al Qaeda jidher li qed jippjana attakki fuq ferroviji veloċi madwar l-Ewropa. Il-ġurnal Ġermaniż Bild, li qed jikkwota informazzjoni li waslitlu mingħand persuna li taħdem fl-Aġenzija tas-Sigurtà Amerikana (NSA).

Il-ġurnal kixef li l-Al Qaeda għandha l-ħsieb tagħmel sabotaġġ fuq il-linji tal-ferrovij, fuq il-mini li jgħaddu minnhom il-ferroviji u anke tpoġġi bombi fuq il-vaguni. 

Jirriżulta li ftit tal-ġimgħat ilu, l-Aġenzija tas-Sigurtà Amerikana rnexxielha tinterċetta konverżazzjoni telefonika bejn persuni mlaħħqa sew fl-Al Qaeda.

L-awtoritajiet Ġermaniżi, imwiddba mill-Aġenzija Amerikana, żiedu l-miżuri ta’ sigurtà fuq il-ferroviji, fosthom żieda fil-preżenza tal-pulizija.