Al Qaeda qed thedded lil Franza b’iktar attakki

Al Qaeda qed thedded lil Franza b’iktar attakki ta’ terrur wara li 17-il persuna nqatlu fl-uffiċini ta’ Charlie Hebdo u f’ħanut tal-ikel Lhudi.
It-theddida ġiet wara li l-President ta’ Franza Francois Hollande ammetta li t-theddid għadu ma spiċċax u li l-pulizija qed ifittxu suspett.
Issuġġerixxa wkoll li jista’ jkun hemm grupp terroristiku ikbar li qed jippjana iktar atroċitajiet.
Sadanittant, 500 suldat ieħor se jitbagħat f’Pariġi. Il-livell ta’ terrur fi Franza għadu mgħolli għall-ogħla livell.
L-uffiċjal ta’ Al Qaeda, Harith al Nadhari qal li “Ikun aħjar għalikom jekk twaqqfu l-aggressjoni tagħkom kontra l-Musulmani ħalli forsi tgħixu b’mod sikur.” Sostna li “jekk tirrifjutaw u tibdew gwerra, imbagħad stennew it-tindif.”