Al Qaeda jerfa’ r-responsabbiltà t’ attakk suwiċida

Il-grupp terrorista Al Qaeda qal li għamel bomba suwiċida u attakk b’armi tan-nar fuq il-Ministeru tal-Ġustizzja Iraqi. Fl-istess attakk il-ġimgħa li għaddiet inqatlu mill-inqas 25 persuna fiċ-ċentru ta’ Baghdad.

Tliet karozzi bomba splodew u persuna nqatlet f’attakk suwiċida il-Ħamis filgħodu fil-belt kapitali. Persuna oħra daħlet fil-Ministeru tal-Ġusitizzja u splodiet lilha nnifisha waqt li l-militanti attakkaw il-bini. Eventwalment, is-sigurtà Iraqina reġgħet ħadet il-kontroll.

L-attakk, li seħħ viċin iż-żona ffortifikata Green Zone, fejn diversi ambaxxati u uffiċini tal-gvern jinsabu stazzjonati, qajjem biżat dwar il-fraġilità tas-sigurtà Iraqina għaxar snin wara l-invażjoni li wasslet għall-mewt ta’ Saddam Hussein. Hu rrappurtat li mindu t-truppi Amerikani telqu mill-pajjiż sena ilu, il-Gvern Iraqi għadu pparalizzat.