Al Qaeda jammettu li attakkaw lill-Franċiżi fil-Mali

Grupp Iżlamiku tal-Al Qaeda qal li hu responsabbli għall-attakk li sar fuq gruppi militari Franċiżi fil-Mali.

Il-Ħadd li għadda, inqatlu erba’ persuni u ndarbu erba’ suldati fil-belt Mao fil-Mali.

Il-grupp Nusrat al-Islam wal Muslimeen qal li l-attakk sar bħala messaġġ lill-President Franċiż Emmanuel Macron qabel iż-żjara tiegħu f’Mauritania llum.