Al Nasr ikeċċu lil Prandelli

Il-klabb minn Dubai Al Nasr matul il-ġurnata tal-bieraħ keċċew lill-ekskowċ tat-tim nazzjonali Taljan Cesare Prandelli wara staġun ferm diżappuntanti.
L-ogħla diriġenti tal-klabb diġà ħasbu għas-suċċessur tiegħu hekk kif ħatru lis-Serb Ivan Jovanovic li kien diġà fil-ħatra bejn l-2013 u l-2016.
L-istqarrija kienet tgħid li Al Nasr iddeċidew illi jneħħu lil Cesare Prandelli wara t-telfa li sofrew fil-fażi tal-aħħar sittax tat-Tazza tal-President kontra Dibba fis-Sharjah Stadium meta tilfu 5-3 wara l-għoti tal-penalties.
Sadanittant Jovanovic lura fl-2015 għen lil Al Nasr isiru champions tal-Emirati Għarab Maqgħuda u d-diriġenti tal-klabb qed jerġgħu joħolmu li jirrepetu dik il-bravura.