Al-Ittihad jaħtru lil Bilic bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom

L-eks kowċ ta’ West Ham Slaven Bilic laħaq ftehim għat-tliet snin li ġejjin mal-klabb mill-Arabja Sawdija Al-Ittihad. Dawn tal-aħħar ma kellhomx bidu tajjeb fil-kampjonat hekk kif tilfu tliet logħbiet minn erbgħa.

Bilic, li tkeċċa minn West Ham f’Novembru 2017 biex minfloku tpoġġa David Moyes, huwa mistenni li jtejjeb l-wirjiet ta’ Al-Ittihad fis-Saudi Pro League. Dan il-klabb rebaħ tminn kampjonati, bl-aħħar wieħed jasal fl-2009. Il-Kroat ta’ 50 sena kien ukoll kowċ tat-tim nazzjonali Kroat mill-2006 sal-2012, kif ukoll ta’ Besiktas u ta’ Lokomotiv Moscow.