Al Bano u Romina jingħaqdu ma’ Amici

Il-koppja popolari Al Bano u Romina Power se jkunu parti mit-tim ta’ Amici li minn għada l-Ġimgħa 28 ta’ Frar se jkun qed jitwassal f’xandira diretta fuq il-Canale 5.

Is-sehem ta’ Al Bano u Romina Power se jkun ta’ kull ġimgħa hekk kif se jkunu qed iwasslu ta’ kull ġimgħa dwett flimkien mal-professuri ta’ Amici. Dan għaliex din is-sena mhux biss il-parteċipanti se jkunu qed jikkompetu iżda se jkun hemm ukoll parti mill-programm dedikata għal kompetizzjoni biex l-għalliema. De Filippi se tkun qed issemmi din ir-rokna bħala Amici Prof.

Għalhekk minn għada l-Ġimgħa Rudy Zerbi, Stash, Anna Pettinelli, Alessandra Amoroso, Timor Steffens u Veronica Peparini se jkunu qed jikkompetu ma’ Al Bano u Romina f’dawn id-dwetti li għalkemm se jkunu ‘kompetittivi’ se jkunu wkoll divertenti fl-istess ħin.

Amici: Il Serale se jkun qed jitwassal fuq Canale 5 mill-Ġimgħa 28 ta’ Frar mid-9.20pm ‘il quddiem.