Al Bano u Romina f’Malta

Minn informazzjoni li ksibna, jidher li l-koppja maħbuba Al Bano u Romina Power se jkunu f’Malta f’Mejju li ġej biex jagħtu kunċert.

Kien proprju lbieraħ filgħaxija li din il-koppja popolari Taljana telgħet mill-ġdid fuq il-palk tat-teatru Ariston fejn nehdew żewġ kanzunetti ġodda, mill-album tagħhom Raccogli l’attimo li se jkun qed joħroġ għall-bejgħ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar.

Dan l-album se jkun qed jinkludu 8 siltiet fosthom It-title track Raccogli l’attimo u Cambierà  u anki s-silta Madre Mia, dedikata għal Jolanda Carrisi, omm Al Bano, li mietet fl-10 ta’ Diċembru fl-età ta’ 96 sena.

Filwaqt li aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert għad trid toħroġ, jidher li d-data tal-kunċert se tkun fid-29 ta’ Mejju, u se jkun parti minn sensiela ta’ kunċerti li din il-koppja magħrufa se tkun qed tagħmel f’bosta pajjiżi fix-xhur li ġejjin.