L-industrija tal-akwakultura ġġenerat €239.2 miljun fl-2018. Dan ifisser 18.9% fuq is-sena ta’ qabel. Iċ-ċifri tħabbru mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisika fi stqarrija llum.
L-NSO qal li f’termini ta’ volum, mill-19.3 miljun tunnellata ħut kienu mibjugħa, 89.8% kien tonn. Iż-żieda fil-kwantità ta’ tonn imrobbi kien ta’ 32.1% f’termini ta’ volum. Il-valur tat-tonn li jitkabbar fl-irziezet tat-tonn kien ta’ €228.6 miljun mit-total ta’ €242.7 miljun.
Il-pagi tal-ħaddiema żdiedu b’€3.7 miljun u b’hekk laħqu €8.6 miljun.
L-industrija rreġistrat telf nett fl-operat li laħħaq l-€5.2 miljun.
Kien hemm ukoll iktar infieq fuq ix-xiri tat-tonn ħaj, b’dan ilaħħaq l-€109.9 miljun, żieda ta’ €8.8 miljun fuq is-sena ta’ qabel. L-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b’16.6% fuq is-sena ta’ qabel. Dan minħabba li l-ikel tal-ħut, l-assigurazzjoni, u liċenzji għolew.
Ħafna drabi residenti, turisti u għawmiema spiċċaw igergru minħabba l-ħmieġ iġġenerat mill-industrija li jispiċċa f’wiċċ il-baħar f’bajjiet popolari. Saħanistra kien hemm petizzjoni quddiem il-Parlament Malti biex ma jkunx hemm żieda bid-doppju tal-gaġeġ tat-tonn fil-Grigal ta’ Malta.
Aqra iktar:
L-ebda abbuż fl-operat tal-irziezet tat-tonn – Herrera
Filmat: Illegalitajiet fl-industrija tat-tonn mhux tollerabbli – Il-Gvern
Filmat: Il-ħmieġ “tal-fish farms” jerġa’ jitfaċċa
Jitqanqal mill-ġdid it-tħassib dwar l-irziezet tal-ħut
Awdjo: “Il-ħmieġ mill-fish farms qed jeqred il-ħut”
Filmat “Issa f’Tas-Sliema wkoll?”
Filmat: Ma jitimgħux it-tonn biex ma jiżdiedx il-ħmieġ f’San Pawl il-Baħar
San Pawl il-Baħar: Residenti mħassba dwar ħmieġ f’wiċċ il-baħar