Aktarx se ssir elezzjoni oħra fl-Italja

Giuseppe Conte

Giuseppe Conte li ġie ppreżentat bħala dak li seta’ jkun il-Prim Ministru l-ġdid tal-Italja qata’ qalbu milli jifforma Gvern wara li l-President ma ppermettiex il-persuna tal-għażla tiegħu għall-pożizzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija u b’hekk żdied iċ-ċans ta’ elezzjoni ġdida din is-sena.
Conte, professur tal-liġi mingħajr esperjenza politika, ippreżenta l-lista tal-Ministri lill-President Sergio Mattarella. Però, il-President irrifjuta l-kandidatura tal-ekonomista Paoli Savona ta’ 81 sena.
Il-mexxej tal-lemin Matteo Salvini qal li l-unika għażla li fadal hija dik li tissejjaħħ elezzjoni oħra aktar tard fl-2018.
Ritratt: Reuters