Aktarx inqatlu 17-il Ċikonja – BirdLife

Alice Tribe/BirdLife Malta

Il-BirdLife Malta qalet li mit-18-il Ċikonja li waslu Malta, aktarx inqatlu 17 minnhom.

Fuq Facebook, il-BirdLife qalet li fadal biss Ċikonja waħda wara li kien hemm diversi inċidenti ta’ sparar fuq dawn l-għasafar. Żewġ kaċċaturi tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil ta’ sitt ċikonji. L-għaqda qalet li qed tiddiskuti mal-Pulizija u mal-Kumitat ta’ Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) dwar liem hu l-aħjar mod li bih jistgħu jipproteġu l-aħħar għasfur li fadal. Jista’ jkun li ċ-Ċikonja tittieħed barra minn Malta.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tefgħet it-tort tal-qtil ta’ ċikonji fuq lill-Kummissjoni Ewropea (KE). 

L-għaqda BirdLife Malta qalet li l-FKNK tilfet il-kontroll fuq il-membri tagħha, allegazzjoni li l-FKNK ċaħdet.

Bħal-lum ġimgħa kien fadal biss seba’ Ċikonji.