Aktar żgħażagħ, tfal u anzjani megħjuna mill-Mission Fund

Bis-saħħa tax-xogħol u l-operat tal-Mission Fund fl-Etjopja, dar immexxija minn soru Maltija rċeviet €2,000 biex ikunu jistgħu jiġu megħjuna t-tfal, żgħażagħ u anzjani tal-akwati.
Suor Carmen Sammut irringrazzjat lill-fodazzjoni, u qalet li l-flus se jmorru għaż-żgħażagħ li jridu jitgħallmu, għall-morda li qed ifittxu l-għajnuna, kif ukoll għall-imġewħin u dawk mingħajr ħwejjeġ sabiex jingħatalhom dak li jeħtieġu.
Wieħed jista’ jittrasferixxi d-donazzjoni tiegħu meta jrid fuq dawn il-kontijiet bankarji:
HSBC: 061 197 448 050
BOV: 163 007 980 19
APS: 200 008 207 62
BANIF: 000 879 631 01
Għal aktar informazzjoni, żur is-sit tal-Mission Fund.
Fir-ritratt: Voluntiera Maltin tal-Mission Fund jibnu blokok għal sptar fit-Tanżanija.